Prodotti li aħjar ma jinxtrawx

Żewġ prodotti tad-ditta Naturya m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba livell ta’ sulfat ogħla minn dak iddikjarat.

Huma affettwati l-Organic Chlorella Powder b’kodiċi tal-lott 606071, 704121 u 704052, li jiskadu fil-31 ta’ Marzu 2019, f’Marzu 2020 u f’Jannar 2020, b’użin ta’ 200g.

L-Organic Spirulina Powder li m’għandux jinxtara huwa dak li jiskadi f’Marzu 2019, f’Ġunju 2020, b’użin ta’ 200g u b’kodiċi tal-lott 651061, N839011, N709121, 709051, 704052, 709061, 709051, u 709052.