Prodotti li aħjar ma jinxtrawx

L-Awtorità għall-Affarijiet tal-Konsumatur tħabbar li  laser pointers li qed ikunu mibjugħin bħala ġugarelli huma projbiti mis-suq u aħjar ma jinxtrawx għax huma ta’ riskju għall-konsumaturi u jistgħu jikkawżaw għama parzjali jew saħansitra permanenti.

L-Awtorità qed twissi li dawk il-bejjiegħa li għandhom dawn il-prodotti għall-bejgħ għandhom jirtirawhom mis-suq b’effett immedjat u jekk jinstab xi bejjiegħ ibigħ dawn il-laser pointers se tittieħed azzjoni legali kontrih.

Dawk kollha li diġà xtraw dawn il-laser pointers għandhom jirritornawhom lura minn fejn xtrawhom, temmet tgħid l-Awtorità.