Prodotti foloz: L-UE titlef €60 biljun, Malta €82 miljun

F’riċerka mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) instab li kull sena jintilfu €60 biljun minħabba ffalsifikar ta’ prodotti fi 13-il settur ekonomiku. B’kollox jintilfu wkoll 464,000 impjieg f’dawn is-setturi.
Fil-każ ta’ Malta, l-aktar industriji li jintlaqtu huma dawk tat-tessuti, tal-kożmetika, tal-mediċini, tal-inbejjed u l-ispirti u tal-ġojjelli. Dawn jitilfu mat-€82 miljun kull sena.
Din il-ħidma mill-EUIPO seħħet fuq medda ta’ ħames snin u t-telf akkumulat jammonta għal €116 għal kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea fis-sena.