Prodott li aħjar ma jinxtarax

Prodott tad-ditta P.A.N. m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih Organiżmu Ġenetikament Modifikat (GMO) mhux awtorizzat.

Huwa affettwat il-Pre-cooked yellow maize meal, b’kodiċi tal-lott 015168, li jiskadi fid-19 ta’ Diċembru 2018, b’użin ta’ kilo u joriġina mill-Istati Uniti.