Proċeduri legali kontra ġurnal mill-Prinċep Harry u d-Dukessa ta’ Sussex

Britain's Prince Harry and Meghan, Duchess of Sussex meet with members of Waves for Change, an NGO supporting local surf mentors to provide mental health services to vulnerable young people living in under resourced communities, at Monwabisi Beach, in Cape Town, South Africa September 24, 2019. Chris Jackson/Pool via REUTERS

Il-Prinċep Harry u d-Dukessa ta’ Sussex bdew proċeduri legali kontra l-ġurnal The Mail on Sunday wara dak li fi kliem il-Prinċep Harry kien il-manipulazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ korrispendenza personali ta’ Marta Meghan Markle.

Fi stqarrija li ppubblika fuq is-sit uffiċċjali tiegħu, il-Prinċep Harry akkuża lill-gurnal li bil-politika tipikament diviżiva tiegħu qiegħed jara kif jirriduċi lil martu għal oġġett.

F’ dikjarazzjoni pjuttost emotiva, huwa qal li huwa jaf x’ jiġifieri meta persuna tispiċċa f’sitwazzjoni bħal din, b’referenza għal ommu, il-Prinċipessa Diana. “Tlift lil ommi u qed nara lil marti għaddejja mill-istess sitwazzjoni.”