Problemi biex torqod? Ara x’għandek tagħmel!

 Waħda mill-istejjer li kienet qed iddur fuq Facebook dan l-aħħar hija dwar is-suppost metodu li s-suldati Amerikani jużaw biex jirnexxielhom jorqdu f’temp ta’ 2 minuti. Il-metodu ħareġ minn ktieb li kien ippublikat fl-1981. Dak li jinteressa lil min isibha diffiċli biex jorqod huwa kif jistgħu jagħmlu dan.  

L-ewwel pass huwa li tneħħi kull ħsieb minn quddiem moħħok. Biex tagħmel dan bl-aktar mod tajjeb, wiehed irid jirrilassa l-muskoli tal-wiċċ. Imbad iniżżel spallejh u jirrilassa idejh. Onfoħ ‘il barra u rrilassa sidrek, u kompli sakemm tirrilassa kull muskolu. 

Għall-10 sekondi li jsegwu, iffoka biex tneħħi kull xkiel minn moħħok. Tista’ forsi tipprova timmaġina li qiegħed mimdud f’kamra mudlama, fuq xi pultruna komda. Jekk tinduna li qed issibha diffiċli, pprova għid repetutament il-frażi “taħsibx” biex tneħħi l-ħsibijiet kollha.  

Skont il-ktieb, jekk timxi ma dawn il-passi, għandek torqod mingħajr problemi ta’ xejn.