Problema ta’ toroq ħżiena fir-Renju Unit

Ir-Renju Unit qed jaffaċċja problema ta’ toroq ħżiena hekk kif it-tiswijiet fuq dawn jiswa mal-10 biljun sterlina.

Skont stħarriġ li sar f’dan il-pajjiż, waħda minn kull ħames toroq tinsab f’kundizzjoni ħażina.

Ħafna qiegħdin iweħħlu dan kollu fil-fatt li kien hemm tnaqqis fil-fondi tal-awtoritajiet responsabbli mit-toroq.

Kien hemm rapporti ta’ mara partikolati li kisret saqajha wara li waqgħet ġo waħda minn dawn il-ħofor fit-toroq. Oħrajn qed jirrapurtaw li weġġgħu bil-karozza wara li tilfu l-kontroll tal-vettura kawża tat-toroq ħżiena.