Problema parkeġġ Università: Ħalli l-karozza Ta’ Qali

L-għaqda studenteska SDM ħabbret li li nhar l-Erbgħa li ġej se torganizza proġett pilota ta’ Park and Ride. .
Spjegat li wieħed jista jipparkja l-karozza f’Ta’Qali, ħdejn il-padiljun tal-basketball, minn fejn ha jkun hemm xarabank għall-Università.

Studenti li jixtiequ jużaw dan is-servizz għandhom jirreġistraw minn din il-link u jindikaw il-ħinijiet li fihom jixtiequ jmorru u jitilqu mill-Università.

Min japplika għandu jiġbor biljett mit-tinda tal-istess organizzazzjoni biex ikun jista’ jagħmel użu mis-sistema.
L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva hu li tiġi tratta l-problema tal-parkeġġ fl-Università. Din is-sena nħarġu 5,559 permess għall-parkeġġ inħarġu mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) din is-sena. Dan in-numru huwa wisq kbir għan-numru ta’ parkeġġi li hemm fl-Università.