Problema għan-Niċċa f’Division 7

Anthony Ellul bħala n-Niċċa fis-sensiela Division 7

Illejla l-istazzjon One se jkun qed ixandar puntata oħra mis-seba’ staġun ta’ Division 7 li għandu produzzjoni ta’ DBA Entertainment. Tal-lejla hija l-puntata ta’ qabel tal-aħħar.

Issa li Karen mietet, parti mill-pjan tan-Niċċa u sħabu rnexxa, iżda Tereż għadha ħajja u għalkemm qegħda ħażin ħafna, dan ifisser problema kbira għalihom. Kif se joħorġu minnha? Se jirnexxielhom jeħilsu minn Tereż qabel tilħaq tiġi f’tagħha u tiftah ħalqha?

Franġisku se jirnexxielu jikkonvinċi lil Richard li mhux se joqtol aktar? Richard se jikkonvinċi ruħu li m’għandux għalfejn jikxef lil Franġisku?

Eliott Micallef bħala Franġisku f’Division 7

Division 7 jixxandar fuq One fid-9pm