Problema bl-autopilot; titjira tal-Air Malta ddur lura

Air Malta problema auto pilot

Żviluppat problema bl-autopilot waqt titjira tal-Air Malta lejn Malta.

Kelliem għall-Air Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li żviluppat ħsara teknika waqt it-titjira KM467 minn Pariġi għal Malta. Spejga li meta l-pilota nduna bil-problema reġa’ dar lura lejn l-ajruport ta’ Orly fejn l-ajruplan ġie ċċekkjat minn inġiniera.

FlightAware

Skont is-sit FlightAware, l-ajruplan dam 40 minuta fl-ajru qabel ma reġa’ niżel fl-ajruport ta’ Orly. Il-kelliem għall-Air Malta qal li l-ajruplan mistenni jirritorna Malta fil-ħin li ġej. Skont il-kelliem jista’ jkun li tiġi affettwata massimu ta’ titjira oħra minħabba d-dewmien ta’ dan l-ajruplan.

Malta International Airport