Probation ta’ tliet snin wara li serqet aktar minn €2,800 fi ħwejjeġ

Mara ta' 31 sena residenti San Ġiljan ingħatat probation ta’ tliet snin wara li wieġbet ħatja li wettqet serq minn stabbiliment kummerċjali fir-Rabat Għawdex.

Hi kienet akkużata wkoll li żammet dawn l-oġġetti li kienu akkwistati minn reat.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mara serqet b'aktar minn €800 fi ħwejjeġ ta' ditta rinomata. Huwa stmat li fix-xhur li għaddew serqet madwar €2,000 fi ħwejjeġ.

Barra minn hekk, investigazzjoni tal-pulizija dwar is-serqa wasslet biex instabet id-droga kannabis fil-karozza tal-istess mara.