Probation ta’ 3 snin talli hedded lill-eks sieħba tiegħu

Raġel tpoġġa fuq probation u ġie ordnat biex ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu wara li ammetta fil-Qorti li taha fastidju u heddieda.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud semgħet kif Martyn Paul Underwood ta’ 41 sena minn Birżebbugia ammetta li taha fastidju lill-eks sieħba tiegħu u heddieda bi vjolenza.

Id-difiża ta’ Underwoord qalet lill-Qorti li l-akkużat, li jgħix u jaħdem Malta, mhux se jibqa’ joqgħod fir-residenza li kien joqgħod fiha qabel mal-eks sieħba tiegħu. Fid-dawl ta’ dan il-Qorti ordnat sentenza ta’ probation għal tliet snin, ordni ta’ protezzjoni ta’ tliet snin għall-eks sieħba tiegħi, kif ukoll ordnatlu trattament għall-vizzju tiegħu tal-alkoħol.