“Probabbli hemm min għandu l-coronavirus u ma jafx” – Prof. Gauci

Miguela Xuereb

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof Charmaine Gauci qalet li probabbli hemm iktar nies f’Malta li għandhom l-coronavirus u ma jafux minħabba li għandhom sintomi baxxi u li għalhekk m’għamlux test iżda jistgħu jinfettaw lill oħrajn.

Gauci qalet dan meta kienet qed titkellem ma’ Fr Joe Borg fuq 103FM fil-programm Newsbook Hour.

Hija qalet li fid-dawl ta’ dan li l-Gvern illum qed jippubblika avviż fil-gazzetta tal-Gvern biex persuni vulnerabbli u dawk kollha li ‘il fuq minn 65 sena, mil-lum, ma joħorġux minn djarhom, ħlief f’eċċezzjonijiet.

Gauci qalet li l-maġġjor parti tal-każijiet f’Malta kienu każijiet importati minn persuni żgħażagħ li ġew mis-safar u ma kellhom jidħlu l-isptar u għalhekk f’Malta għandha sitwazzjoni stabbli.

 Is-Supretendent tas-Saħħa qalet li madanakollu dan ix-xenarju jista’ jinbidel jekk din l-ordni ma tiġix rispettat peress li l-coronavirus fl-anzjani jista’ joħloq kumplikazzjonijiet u anki mwiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn