“Probabbilment se nipposponu t-tieġ tagħna” – Keith u Yazmin

Keith u Yazmin. Ritratt: Facebook/YazminHelledie

Il-pandemija tal-Covid-19 tkompli toħloq aktar tfixkil fil-pjanijiet ta’ ħafna nies madwar id-dinja u fost dawk li se jkollhom jagħmlu xi tibdil hemm DJ Panelli u t-tfajla tiegħu Yazmin Helledie li rajna fl-aħħar edizzjoni tal-kompetizzjoni televiżiva ta’ X Factor Malta.

“Konna pjanati li niżżewġu fi żmien 46 ġurnata iżda probabbilment se jkollna nippospon t-tieġ tagħna minħabba fil-pandemija tal-Covid li d-dinja għaddejja minnha,” kiteb Keith fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Hu stqarr li jekk ikollu jiġri dan, se tkun ta’ dispjaċir għalihom, iżda wiegħed lill-maħbuba tiegħu li jekk ma jiżżewwġux din is-sena, se jkunu qed jinkurunaw imħabbithom fis-sena ta’ wara għax xejn mhu se jkissirhom, filwaqt li b’mod pubbliku ddikjara mħabbtu lejn Yazmin.

Nawguraw lil din il-koppja aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza kif ukoll li jaqtgħu xewqithom li jiżżewġu fiż-żmien li ġej.