Prinjolata

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Il-Prinjolata hija l-ħelu tradizzjonali Malti għal żmien il-Karnival.
Ingredjenti:

  • Galettini magħmulin mill-għaġina ħelwa
  • Krema
  • Xkuma taljana
  • 80g lewż inkaljat
  • 80g ġewż
  • 60g prinjoli nkaljati
  • 20g prinjoli bojod
  • Ċirasa ħamra.
  • Ċikkulata (jekk jista jkun trid tuża ċikkulata plain)
  • Xorb li tiggosta
  • 20g pistaċċi

Metodu:
1. Warrab ftit ċirasa, lewż, ġewż u l-prinjoli bojod biex iżżejjen.
2. Qiegħed il-galettini ġo bieqja. Xarrabhom bix-xorb.
3. Magħhom żid il-krema, ġewż, lewż, prinjoli nkaljati u ċ-ċirasa. Ħawwad tajjeb.
4. Ħu bieqja mdaqqsa jew tnejn żgħar. Iksihom bl-stretch and seal.
5. Imla l-bwieqi b’ din it-taħlita. Għatti sewwa bl-stretch and seal. Għafas it-taħlita l-isfel u poġġiha fil-friġġ għal mhux anqas minn siegħa jew tnejn.
6. Oħrog il-prinjolata mill-bieqja u poġġiha fuq platt ċatt. Neħħi li-stretch and seal.
7. Dewweb iċ-ċikkulata "banju maria".
8. Iksi l-prinjolata bl-ixkuma u żejjen biċ-ċikkulata maħlulha, ċirasa, prinjoli bojod u pistaċċi. Meta ċ-ċikkulata tiksaħ tibbies u tifforma dawk l-istrixxi li jagħmlu tant sabiħ fuq il-prinjolata.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK