Prinċipessa Diana: Irkant tal-ilbies li għamlu l-istorja

M’humiex ilbies kwalunkwe dawk li qed toffri l-kumpanija tal-irkanti Kerry Taylor. Fil-fatt dawn huma 50 fost l-iktar ilbiesi sbieħ mill-kollezzjoni tal-Prinċipessa Diana. L-ilbies li biddluha mit-tfalja gustuża fil-bidu tan-namur tagħha mal-Prinċep Karlu għall-istilla tant ammirata madwar id-dinja.

Tista’ tara l-katalgu kollu hawn: http://bit.ly/VzRmWn

L-ilbiesi jinsabu għall-wiri f’Londra bejn illum u nhar it-Tlieta. Il-prezzijiet ivarjaw minn £20,000 sa £300,000.