Il-Prinċep William u r-rebbieħa tal-Eurovision fil-Palestina

Reuters

Read in English.

Il-Prinċep William iltaqa’ mar-rebbieħa tal-Eurovision Netta Barzilai waqt l-ewwel żjara uffiċjali tal-familja rjali Brittanika fit-territorju Palestinjan din il-ġimgħa.

Il-Prinċep u Netta dehru li ħadu gost bil-kumpanija ta’ xulxin, huma u jippassiġġaw f’Tel Aviv. Iżda bosta kienu diżappuntati li Netta m’għallmitx il-famuża chicken dance tagħha lill-Prinċep. Din iż-żifna tibqa’ l-aktar ħaġa li spikkat mill-kanzunetta “I’m Not Your Toy,” li biha Netta rebħet il-Eurovision ta’ din is-sena.

F’din iż-żjara, il-Prinċep William żar skola u klinika f’kamp b’aktar minn 9000 refuġjat, u qal lill-Palestinjani li huma ma ntesewx. Għamlilhom kuraġġ u qalilhom li permezz ta’ din iż-żjara, huwa jittama li r-relazzjonijiet bejn il-Palestinjani u l-poplu tar-Renju Unit jkomplu jissaħħu.

Huwa għamel ukoll pellegrinaġġ sal-qabar tal-bużnanna tiegħu, il-Prinċipessa Alice, li kienet onorata mill-Iżrael talli offriet kenn lil xi Lhud meta l-Greċja kienet okkupata min-Nazisti waqt l-Olokawst.

Reuters
Reuters