Prince Oniangue jiskurja l-uniku gowl tal-ġurnata

Prince Oniangue kien il-protagonist tal-ġurnata, bil-gowl tiegħu għall-Kongo kontra l-Gabon.
Il-gowl wasal fit-48 minuta, minn konfużjoni fid-difiża u Oniangue li kien waħdu ħasad kompletament lill-avversarji.
Il-Gabon kienu qegħdin jittamaw li jiksbu t-tieni rebħa iżda l-Kongo kienu ferm dominanti u kellhom aktar pussess u aktar ċansijiet ta’ skor.
Fost l-oħrajn il-Kongo kienu viċin ferm li jirduppjaw l-iskor hekk kif Arnold Bouka Moutou impenja lill-gowlkiper Didier Ovono li wettaq salvataġġ mill-isbaħ.
Minn naħa tagħhom il-Gabon kellhom okkażjonijiet iżolati minn Ferebory Dore u Pierre-Emerick Aubameyang
Fil-logħba ta’ qabel il-Ginea Ekwatorjali u l-Burkina Faso ħadu punt kull wieħed bla ma skurjaw l-ebda gowl.
Fl-ewwel taqsima, l-uniku ċans kien għall-Burkina Faso meta Alain Traore laqat darbtejn il-lasta.
Illejla minn Grupp B, iż-Żambja jilagħbu kontra t-Tuniżija u Cape Verde jilagħbu kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.