Prim Ministru ġdid għat-Turkija

Il-President tat-Tuneżija ħatar lill-Ali Larayedh bħala Prim Ministru ġdid. Dan wara r-riżenja ta’ Hamadi Jebali aktar kmieni din il-ġimgħa. Ir-riżenja waslet fid-dawl ta’ kriżi politika fil-pajjiż.

Il-Prim Ministru ġdid jagħmel parti mill-partit Ennahda, u spiss ġie kkritikat mill-oppożizzjoni talli falla biex jiżgura l-istabbiltà fit-Tuneżija.

In-nominazzjoni tiegħu mistennija tagħmel il-koalizzjoni mal-partiti politiċi l-oħra aktar diffiċli.

Il-President Marzouki awgura kull suċċess lil Larayedh.