Priġunieri f’Kordin se jieħdu sehem f’turnament tal-futbol

200 resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jitħarrġu biex jieħdu sehem f’turnament tal-futbol.
It-turnament qed jiġi organizzat miċ-Ċentru Sportiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fit-turnew se jipparteċipaw disa’ timijiet minn diviżjonijiet varji, iffaċilitat mill-koordinatur sportiv Manolito Micallef.
Il-finali se ssir fil-jiem li ġejjin. It-tim rebbieħ se jingħata trofew.