Priġunieri fi Mjanmar jinħelsu qabel jibda Gvern ġdid

Fi Mjanmar, jew Burma, inħelsu 102 priġunieri, uħud minnhom il-ħabs għal reati politiċi, hekk kif il-pajjiż qed ilesti ruħu għall-ħatra ta’ gvern ġdid.
Fost il-priġunieri meħlusa hemm raġel minn New Zealand li kien ġie arrestat fuq “insult tal-Buddiżmu”.
Ir-raġel kien uża stampa ta’ Buddha biex jippromwovi l-bar tiegħu.
Organizzazzjoni li tħeġġeġ il-ħelsien ta’ priġunieri politiċi qalet li 52 minn dawk meħlusa huma priġunieri miżmuma fuq raġunijiet politiċi.
Kważi 80 persuna li kellhom piena ta’ mewt raw is-sentenza tagħhom tinbidel għal għomor il-ħabs.