Priġunieri jaħarbu minn ħabs fl-Indoneżja

Madwar 30 priġunier irnexxilhom jaħarbu minn ħabs li kien mimli bil-priġunieri fil-belt ta’ Labuhan Ruku fit-tramuntana ta’ Sumatra fl-Indoneżja.

Kienu l-awtoritajiet tal-pajjiż li żvelaw dak li ġara fil-ħabs. Huma sostnew li l-priġunieri rnexxilhom jaħarbu wara li nqalgħet ġlieda fil-bitħa.

Ix-xandir tal-istat Indoneżjan wera wkoll filmati li juru ċellel mdawra bin-nirien, filwaqt li l-Pulizija u s-suldati bdew jisparaw xi tiri ta’ arma tan-nar lejn il-priġunieri maħruba.