Aġġornata: Jinstab mejjet f’Kordin il-priġunier li kien ħarab minn Mater Dei

Fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar instab priġunier mejjet f'ċella fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li l-priġunier hu Julian Genovese li l-ġimagħtejn ilu ħarab minn Mater Dei wara li kien rikoverat minħabba uġigħ f'sidru.

Genovese ħarab minn Mater Dei u nstab madwar siegħa wara fl-akwati ta' San Ġwann.

Mill-ewwel indikazzjonijiet qiegħed jiġi eskluż l-involviment ta' terzi f'dan il-każ jew abbuż ta' droga.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, Genovese, li kellu 53 sena minn Tas-Sliema, ġie kkundannat 14-il xahar ħabs akkużat li sawwat lis-sieħba tiegħu.

Il-każ qed jitmexxa mill-Ispettur Spiridione Zammit u l-Maġistrat Edwina Grima fetħet inkjesta maġisterjali u li ħatret diversi esperti biex jassistuha.