Priġunier jaħrab waqt li kien akkumpanjat Mater Dei u jinqabad ftit wara

Priġunier li ħarab waqt li kien akkumpanjat l-Isptar Mater Dei minn uffiċjali tal-ħabs nqabad ftit tal-ħin wara.

Ir-raġel, li għandu 53 sena, ħarab għal ħabta tad-9.10 am u nqabad madwar siegħa wara fl-inħawi tal-isptar mir-Rapid Intervention Unit.

Il-każ qiegħed jiġi nvestigat mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali.