Priġunier immultat wara li pprova jirredikola lill-Maġistrat

Sylvester James magħruf bħala l-Bomba ġie mmultat €100 wara li tkellem ħażin fl-awla tal-Qorti u pprova jirredikola lill-Maġistrat.
Huwa saħaq li ma kienx se jħallas dawn il-multi u minflok jiskonta iżjed żmien fil-ħabs.
Staqsa lill-Maġistrat min jaħseb li hu, jekk jippreferix li jħallas fi flus kontanti jew ċekk, li ma jimpurtax u li hu l-Bomba.
Il-priġunier kellu jixhed fil-każ ta’ Jason Decelis, li qed jiskonta sentenza ta’ 25 sena priġunerija wara li kien instab ħati bil-qtil ta’ Rachel Bowdler.
F’dan il-każ, Decelis jinsab akkużat li ħebb u rreżista uffiċjal korrettiv f’Kordin.