Priġunerija wara li seraq mill-knejjes

Raġel ta’ 46 sena ingħata seba’ snin priġunerija wara li ammetta li hu ħati għal 14-il akkuża miġjuba kontrih dwar serq minn knejjes ta’ oġġetti li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro.
Eric Sapiano, minn Tas-Sliema, kien magħruf sew mal-Pulizija wara li fl-2012 kien diġà nstab ħati ta’ serq simili meta seraq mill-knisja Ta’ Ġieżu fir-Rabat.
Wara kien ingħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li seraq pittura tal-1812 impittra minn Giuseppe Hyzler.
Il-Qorti ordnat ukoll li jsirlu eżami psikoloġiku.