Priġunerija wara li gidem kuntistabbli

Raġel ta’ 37 sena mis-Swieqi ngħata s-sentenza ta’ 42 xahar priġunerija u jrid jgħaddi minn rijabilitazzjoni wara li gidem kuntistabbli.
Huwa ġie mmultat ukoll €4,500.
Il-każ seħħ fis-16 ta’ Mejju li għadda meta l-Pulizija sabu li r-raġel kellu aktar minn 200 ritratt pornografiku ta’ tfal għarwenin.
Meta tressaq quddiem il-Qorti jumejn wara, ir-raġel kien ammetta l-akkużi mressqa kontrih.
Il-Qorti ddeċidiet li tagħti sentenza ta’ 24 xahar priġunerija fuq dan il-każ filwaqt li 18-il xahar oħra sospiżi, li r-raġel kien ingħata fuq każ ieħor għandhom isiru effettivi wkoll.