Priġunerija u multa għal Eritrean li ħebb għall-Pulizija

Eritrean ta’ 24 sena, li m’għandux indirizz fiss iżda għandu permess għar-residenza, ingħata s-sentenza ta’ seba’ xhur priġunerija u mmultat €5,000 wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb u rreżista numru ta’ kuntistabbli tal-Pulizija meta kien fis-sakra.
Il-każ fl-24 ta’ Ottubru li għadda fil-Park & Ride tal-Marsa għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu.
Huwa nstab ħati wkoll li kkawża ħsarat fuq karozza tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika u weġġa’ ħafif wieħed mill-Pulizija li ppruvaw iżommuh.