Priġunerija għall-eks-president ta’ Floriana FC

L-eks President ta’ Floriana FC Stephen Vaughan ingħata sentenza ta’ 15-il xahar priġunerija mill-Qorti ta’ Liverpool. Dan wara li nstab ħati li għin persuna li kien qatel pulizija biex jaħrab mill-pajjiż.
Il-kuntistabbli tal-Pulizija Neil Doyle ta’ 36 sena kien inqatel waqt konfrontazzjoni ma’ aġent tal-futbol Andrew Taylor ta’ 29 sena u l-isports manager Timmy Donavan, f’Liverpool.
Vaughan ħalla lill-għarus ta’ oħru biex jissellef il-karozza tiegħu, li uża biex jaħrab lejn il-Ġermanja ftit siegħat wara li nqatel il-kuntistabbli tal-Pulizija.
Hu kien arrestat  fil-21 ta’ Jannar tal-2015 fl-ajruport ta’ Dusseldorf fil-Ġermanja.
Vaughan ħa f’idejh it-tmexxija ta’ Floriana FC f’Jannar tal-2013 u rriżenja fi Frar tas-sena ta’ wara.
F’April tas-sena l-oħra, il-klabb ippreżenta mandat ta’ sekwestru kontra l-eks-president u missieru, fejn saħqu li kellhom jagħtu lill-klabb €70,000. Vaughan u missieru wkoll kienu ħadu azzjoni legali kontra l-klabb u qalu li kellhom jingħataw somma ta’ flus. Huma laħqu ftehim fejn solvew il-kwistjonijiet kollha pendenti f’Jannar li għadda.