Priġunerija għal Rumeni li ammettew li serqu d-deheb

Żewġ Rumeni ta’ 25 u 48 sena ngħataw is-sentenza ta’ sentejn priġunerija wara li fil-Qorti ta’ Għawdex ammettew li serqu oġġetti tad-deheb minn ħanut fir-Rabat, f’Għawdex.
Is-serqa kienet saret fis-26 ta’ Awwissu li għadda.
Ir-Rumeni, li waslu Malta fil-jum ta’ qabel is-serqa, kienu akkużati bis-serqa li mhix aktar minn €2,397.
Matul is-smigħ tal-każ fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, intqal li l-akkużati telqu minn Malta l-għada li wettqu s-serqa.