Priġunerija għal raġel li saq fuq kuntistabbli f’lejliet il-Milied

Raġel ta’ 54 sena mill-Fgura tressaq il-Qorti akkużat li lejliet il-Milied saq fuq kuntistabbli tal-Pulizija.
Huwa ġie mixli bi 11-il kap ta’ akkuża fosthom li ma obdiex ordnijiet mogħtija lilu, li saq bi traskuraġni, li ma kellux assigurazzjoni u liċenzja imbagħbsa.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat saq fuq il-kuntistabbli wara li l-Pulizija kellhom isuqu warajh hekk kif ma obdiex l-ordni li jieqaf hekk kif ma ċediex mar-roundabout.
Huwa ngħata s-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija u mmultat €6,000.
Il-Qorti ordnat ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għal sena u s-sekwestru tal-karozza.