Priġunerija għal raġel li ammetta li seraq ġojjelli ta’ anzjana

Raġel ta’ 27 sena mill-Furjana ngħata s-sentenza ta’ 30 xahar priġunerija wara li ammetta li wettaq serqa minn dar ta’ anzjana ta’ 77 sena mill-Belt Valletta.
Żagħżugħ taħt l-età, li kien kompliċi miegħu, ngħata s-sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal tliet snin.
Iż-żgħażugħ ukoll ammetta l-akkużi li kienu tressqu kontrih u kixef l-identità tar-raġel li kien akkużat bis-serq ta’ ġollerija, weġġa’ lil anzjana u żammha kontra l-volontà tagħha.
Fil-Qorti ntqal li l-anzjana ġiet wiċċ imb’ wiċċ mal-akkużat dakinhar li seħħet is-serqa.