Priġunerija għal Libjan li seraq minn appartament f’San Ġiljan

Libjan ta’ 32 sena ingħata s-sentenza ta’ 16-il xahar priġunerija wara li nstab ħati li wettaq serqa minn appartament f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ f’Awwissu tas-sena li għaddiet u r-raġel instab ħati li seraq mowbajl u flus.
Il-Libjan kien qed isostni li mar darbtejn fil-blokka appartamenti iżda qatt ma seraq xejn.
Fil-Qorti ġie ppreżentat filmat li juri lir-raġel u sieħbu jisfurzaw il-bieb biex jidħlu fl-appartament. I
l-Qorti ordnat lill-akkużat iħallas ukoll l-ispejjeż tal-kawża li kienu jammontaw għal €956.