Prezzijiet tal-propjetà jiżdiedu fl-UE imma jonqsu f’Malta

Meta tqabbel l-aħħar kwart tal-2019 mal-ewwel kwart tal-2020.

Read in English.

Il-prezzijiet tal-propjetà żdiedu fl-Ewropa meta tqabbel l-aħħar kwart tal-2019 mal-ewwel kwart tal-2020. Però, Malta rreġistrat l-ikbar nuqqas fi prezzijiet tal-propjetà.

Dwar Malta, il-Eurostat qalet li rat l-ikbar tnaqqis fil-prezzijiet tal-propjetà fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE). Malta rat tnaqqis ta’ 4.3% meta tqabbel l-ewwel kwart tal-2020 mal-aħħar kwart ta’ 2019. Minn naħa l-oħra, meta tqabbel l-aħħar kwart tal-2019 mal-ewwel kwart tal-2020, hemm żieda ta’ 0.9% fiż-żona tal-Ewro, u żieda ta’ 1.2% fl-UE. L-ikbar żieda kienet f’Lussemburgu b’14%.

Meta tqabbel l-ewwel kwart tal-2020 mal-ewwel kwart tal-2019, fiż-żona tal-ewro, il-prezzijiet tad-propjetajiet żdiedu b’5%. Din kienet l-ikbar żieda annwali mit-tieni kwart tal-2007. Fl-Unjoni Ewropea (UE) fis-sħiħ, il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’5.5%.

Din l-informazzjoni ma ġietx affetwata mill-miżuri ta’ COVID-19. Ukoll, id-definizzjoni ta’ propjetà f’dan il-każ hija ebda propjetà residenzjali, bħal appartamenti, djar etc., kemm ġodda u kemm li diġà jeżistu.

Tnaqqis fl-indiċi mil-aħħar kwart tal-2019 u l-ewwel kwart tal-2020 – NSO

Dan it-tnaqqis jidher ukoll fil-figuri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Waqt li l-aħħar kwart tal-2019 irreġistra 130.8 fl-indiċi tal-prezzijiet tal-propjetà, l-ewwel kwart tal-2020 ra 125.14.

Minkejja dan, meta tikkumpara l-ewwel kwart tal-2020 mal-istess kwart tal-2019, l-indiċi tal-propjetajiet żdied b’5.6%. Anka meta tqabbel l-ewwel kwart tal-2019 mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, kien hemm qabża ta’ 6.5%. Il-figuri juru li r-raġuni wara ż-żieda kienet maisonettes b’mod partikolari, imma l-indiċi tal-prezz tal-appartamenti żdied ukoll.

Id-definizjoni ta’ propjetà li juża l-NSO hija dwar appartamenti, maisonettes u djar biss.