Prezzijiet ogħla għall-prodotti agrikoli fis-sajf li għadda

Il-prezzijiet għall-prodotti agrikoli matul is-sajf żdiedu bi kważi 5%.
Skont l-NSO, il-fatt li naqset il-kwantità ta’ ħaxix fis-suq fis-sajf, il-prezzijiet tal-ħaxix żdiedu bi 17%. Iż-żidiet kienu għall-ħaxix kollu ħlief għall-pastard, bettieħ u dulliegħ, bil-prezz tal-patata waħdu jiżdied b’iktar minn 23%.
L-NSO qal li l-prezz tal-frott, matul is-sajf, ra ż-żieda marġinali ta’ 0.7%. Min-naħa l-oħra, raħsu l-prezzijiet tal-laħam, b’medja ta’ kważi 2%, l-iktar minħabba prezz orħos għall-laħam tal-majjal. Min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tal-prodotti tal-annimali żdiedu b’4%, l-iktar minħabba l-prezz ferm ogħla – ta’ 17% – għall-bajd.
L-NSO qal ukoll li naqas l-investiment mill-bdiewa u r-raħħala fil-makkinarju u l-istrutturi tagħhom, bi spiża inqas ta’ 2.3% fuq is-sajf tas-sena l-oħra. L-ikbar kontribut għal spiża inqas kien fil-kategorija tal-fertilizzant.