Prezzijiet imraħħsa waqt iċ-Children Cinema day

Nhar is-Sibt 5 ta’ April se ssir edizzjoni oħra taċ-Children Cinema Day. Għal darb’ oħra, is-swali taċ-ċinema se jkunu qed joffru selezzjoni ta’ films bi prezz imraħħas.
 
Matul din il-ġurnata, se jkunu qed jintwerew xejn inqas minn 9 films animati li jvarjaw minn films ta’ azzjoni għal dawk aktar leġġeri.
Il-prezz għat-tfal se jkun dak ta’ €2.50 u dawk l-adulti li se jkunu qed jakkumpanjawhom iħallsu €4.