Prezz Fuel: 22ċ ogħla minn 7 snin ilu, l-akbar roħs fl-UE jsir f’Malta

Il-prezz tal-petrol f’Malta huwa 22ċ ogħla minn dak li kien seba’ snin ilu, meta l-prezz għal kull litru kien €1.06.
Dan ħareġ minn rapport li joħroġ kull ġimgħa ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-prezz internazzjonali taż-żejt kien fl-istess livell ta’ bħalissa iżda kif jixhdu dawn il-figuri l-prezz tal-petrol jiswa’ €1.28.
Fl-istess waqt il-Partit Laburista fi stqarrija qal li minn Jannar 2015 'l hawn Malta kellha l-akbar roħs fil-prezz tal-fjuwil fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Il-Partit Laburista rrefera għal statistika tal-Kummisjoni Ewropea li tindika li din il-ġimgħa l-prezzijiet tal-fjuwil madwar l-Ewropa telgħu b’2ċ filwaqt li f'Malta kellna tnaqqis ta'4ċ fil-prezz tal-petrol u 6ċ f’dak tad-diesel.
Qal ukoll li r-roħs fil-prezzijiet tal-fjuwil flimkien ma dawk fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, il-familji qed igawdu minn roħs ta’ €820 kull sena.