Prezz fiss tal-gass sal-aħħar tas-sena

Liquigas Malta ħarġet prezz fiss għal-gass LPG sal-aħħar tas-sena wara talba li saret mill-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi biex il-prezz ikun iktar stabbli.

Il-prezz ta’ ċilindru ta’ 12-il kilogramma se jkun €18.30 filwaqt li l-prezz taċ-ċilindru ta’ 15-il kilogramma se jkun €22.90.

Fi stqarrija il-kumpanija Liquigas qalet li dawn il-prezzijiet huma orħos mill-prezzijiet tal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Il-prezzijiet il-ġodda se jidħlu fis-seħħ mit-Tlieta l-1 ta’ Ottubru sat-Tlieta 31 ta’ Diċembru.