Preżentazzjoni tat-Trabi lill-Madonna Ta’ Pinu

Iċ-ċerimonja organizzata kull sena mill-Azzjoni Kattolika f’Għawdex fis-Santwarju Ta’ Pinu  sejra ssir nhar is-Sibt 8 ta’ Frar.

Il-ġenituri huma mistiedna għal Liturġija tal-Kelma mmexxija mill-Amministratur Apostoliku tad-Djoċesi Mons Isqof Mario Grech fl-4pm li matulha se jiġu preżentati lill-Madonna uliedhom mgħammda.

Il-ġenituri huma mħeġġin iġibu xemgħa ħamra biex jipparteċipaw b’mod sħiħ f’din l-opportunità li jisimgħu l-messaġġ ta’ Mons Grech għalihom. Wara jingħataw tifkira.

Dawk interessati mitlubin iġibu l-informazzjoni dwar it-tarbija miktuba ċar: isem, kunjom u data tat-twelid. M’hemmx għalfejn tavżaw li ġejjin!