Preżentaturi rġiel tal-BBC jaqblu li titnaqqsilhom il-paga

Sitt preżentaturi ewlenin tal-BBC qablu li titnaqqas il-paga tagħhom, wara li skoprew li l-preżentaturi nisa ma jitħallsux daqshom.
Din il-mossa ġrat wara li Carrie Gracie rriżenjat minn editur tal-BBC fiċ-Ċina, bi protesta, għal inugwaljanza fil-pagi bejn l-edituri rġiel u nisa.
Wieħed mis-sitt preżentaturi rġiel, Jeremy Vine, insista li din is-sitwazzjoni għandha tiġi riżolta u li hu jappoġġja bil-qawwa l-kollegi nisa.
Vine kien l-iktar preżentatur imħallas tajjeb fil-grupp, b’madwar €850,000 fis-sena. Il-pagi l-ġodda għadhom ma ġewx żvelati.
Jon Sopel, l-editur tal-Amerika ta’Fuq, kien jaqla’ l-inqas, mal-€280,000 fis-sena. Gracie, bl-istess kariga tiegħu, kellha salarju ta’ €153,000, ftit inqas min-nofs.