Prevista Grigalata għall-jiem li ġejjin

Tellgħu d-dgħajjes l-art illum qabel għada! Jidher li minn għada se jqum riħ qawwi mill-Grigal u se jaffettwa l-gżejjer Maltin. Ir-riħ, skont il-paġna ta’ Facebook Gozo Weather Page, se jkun l-aktar qawwi tard filgħodu u kmieni wara nofsinhar nhar l-Erbgħa li ġej.

Qed ikun imwissi biex oġġetti ħfief, bibien u twieqi jiġu marbuta jew magħluqa b’mod sigur u jkun evitat li jitħallew vetturi taħt binjiet fraġli jew siġar.

Il-baħar se jkun qawwi u jeqleb għal qawwi ħafna, bil-mewġ mistenni jilħaq l-4.5 metri. Jidher iżda li s-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex mhux se jkun affetwat.