Pesto Tradizzjonali tal-Ħabaq

Riċetta ta' Lea Hogg 
Ingredjenti: 

  • 300grm ħabaq
  • 100grm prinjol (pine nuts)
  • 50grm sa’ 100grm zejt taż-żebbuġa (skont kif tiggosta l-konsistenza)
  • Ftit ġobon parmiġġjan

Metodu:
1. Aqli bla żejt (dry fry) il-prinjol.
2. Itfa’  l-ingredjenti kollha flimkien fil-liquidiser sakemm iġġib konsistenza kremuża.
3. Użaħ mal-għaġin jew ma' xi riċetti oħra. 
Noti ohra:
Il-ħabaq jista’ jkun sostitwit b’tursin, naniegħ jew rukola, skont il-gosti tal-individwu.
Tista’ tuża inqas żejt u ġġib konsistenza iktar kremuza billi żżid ftit ilma.
Flok prinjol tista' tuża lewż, ġewż, ġellewż, cashew nuts jew anke ċiċri 

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK 
Ritratt: thecomfortofcooking.com