Prestazzjoni tajba għat-tim tal-U17 tal-waterpolo kontra r-Russja

It-Tim Nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt is-17-il sena lagħab l-aħħar logħba mill-istadju tal-gruppi tal-Kampjonat Ewropew. Għalkemm ma rnexxilhomx jirbħu l-logħba, għamlu prestazzjoni tajba ħafna.

L-iskor finali ta’ 14-12 għar-Russi hu xhieda tad-determinazzjoni li wera t-tim Malti.  F’punt minnhom waqt il-logħba, it-tim immexxi minn Karl Izzo waqa’ lura b’erba’ gowls, iżda minn hemm ‘l quddiem ma waqfux jissieltu.

Sfortunatament ir-Russi rnexxielhom jagħmlu l-aħħar żewġ gowls biex ħadu l-punti massimi u assiguraw it-tieni post fil-grupp.