Pressjoni fuq Don Telmo biex jitlaq f’Una Vita

Ritratt: Boomerang TV

Canale 5 u Rete 4 matul din il-ġimgħa jkomplu l-puntati l-ġodda tas-soap opera Spanjola Una Vita.

Din tixxandar fuq Canale 5 il-Ħadd fis-2.30pm u mit-Tnejn sas-Sibt fis-2.10pm.

Fuq Rete 4 l-istorja tkompli wkoll it-Tlieta fid-9.20pm.

Dan hu dak li se jiġri fil-puntati ta’ bejn it-3 u d-9 ta’ Novembru.

Il-Ħadd

Ramon jinkwieta minħabba fil-kundizzjoni f’saħħet Servante u jieħdu għand tabib ieħor li però jgħarrfu li ma tantx hemm wisq tama għalih. Maria tirrakkonta lil Casilda bid-diskussjoni vjolenti li kellha ma’ Rosina.

It-Tnejn

Liberto jgħid lil Felipe l-verità dwar Higinio.

It-Tlieta

Ikun hemm żvilupp dwar il-wirt ta’ Casilda.

Ritratt: Boomerang TV

It-Tlieta (il-puntata li tkompli fuq Rete 4)

Espineira jinterroga lil Telmo. Is-Saċerdot jiċħad li jkun ittanta lil Lucia. Iżda l-ispjegazzjoni ma tantx tinħass konvinċenti.

L-Erbgħa

Issir pressjoni fuq Telmo biex jitlaq mill-parroċċa u ma jerġax jersaq ‘l hemm.

Il-Ħamis

Minkejja l-pressjoni li ssirlu, Don Telmo jiddeċiedi li ma jitlaqx mill-parroċċa. Jidher determinat li jiddefendi l-unur tiegħu.

Ritratt: Boomerang TV

Il-Ġimgħa

Fil-qorti, Lucia tirrifjuta li tixhed kontra Don Telmo. Titfaċċa Alicia Villaneuva, li allegatament ukoll hija bittma tas-saċerdot.

Is-SIbt

Samuel ilaqqa’ lil Lucia mal-mara li qed tallega li kienet sfat stuprata minn Telmo.