Il-qari jgħinna nkunu aktar kritiċi u kreattivi – il-President

Ritratti: OPR

Read in English.

L-importanza tal-qari u l-għajnuna li dan jagħti biex ikattar il-kreattività fost it-tfal kienu l-qofol tal-messaġġ tal-President Marie Louise Coleiro Preca waqt is-serata tal-qari, organizzata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, fl-iskola sekondarja f’Tal-Ħandaq. Il-President qalet li l-istimolu ta’ moħħ il-qarrejja hu l-iskop ewlieni wara d-diversi programmi u inizjattivi li jippromwovu l-qari.

“B’ħeġġa lejn il-qari, pajjiżna jkollu soċjetà li tkun kapaċi taħseb b’mod kritiku, soċjetà b’ċittadini attivi biex lil Malta tagħna nkunu nistgħu niżviluppawha aktar,” spjegat il-President.

Il-President Coleiro Preca qalet ukoll li riedet tenfasizza l-importanza tal-qari permezz tal-ftuħ ta’ tliet libreriji matul dawn l-erba’ snin.