President ġdid għall-Portugall mill-ewwel rawnd

Fil-Portugall, l-elezzjoni għall-President wasslet lill-kandidat taċ-ċentru-lemin biex jirbaħ fuq l-avversarji tiegħu u jevita t-tieni rawnd.
Marcelo Robelo de Sousa, ta’ 67 sena, ġab 52% tal-voti tal-ewwel rawnd, bil-kandidat Soċjalista Antonio Sampaio da Novoa, li ġie t-tieni, iġib qrib 23% tal-voti.
Fl-elezzjoni ħadu sehem rekord ta’ 10 kandidati.
Ir-rwol ta’ President fil-Portugall hu l-iktar ta’ ċerimonja imma l-President għandu l-poter ixolji l-Parlament.
Il-Portugall hu mmexxi minn Gvern taċ-ċentru-xellug magħmul minn koalizzjoni mhux daqstant soda.