President ġdid għall-Messiku; “le għall-korruzzjoni”

Il-President il-ġdid tal-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador, qal li mhux beħsiebu jittollera jew iħares lejn uċuh, fil-pjan tiegħu biex inaqqas il-korruzzjoni, wara lil l-votanti taw mandat qawwi ghall-Gvern b’rebħa deċisiva, nhar il-Ħadd li għadda.

Lopez Obradaw huwa l-ewwel president xellugi minn tmiem il-presidenza xellugija ewlenija li bdiet fis-sena 2000.

Skont l-ewwel għadd mill-awtorità elettorali huwa rebaħ b’madwar 53 u 53.8% tal-voti, aktar mid-doppju minn l-eqreb rivali tiegħu.

Dan huwa l-akbar distakk elettorali mil-bidu tas-snin 80, u jagħti lil Lopez Obrador pjattaforma qawwija, kemm biex jindirizza l-problemi interni tal-Messiku, kif ukoll biex jaffaċċja sfidi esterni bħat-theddida ta ‘gwerra kummerċjali mal-Istati Uniti.