President ġdid għall-Juventus Club Malti

Il-Klabb Malti tal-Juventus, Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, ħatru lil Omar Busuttil President ġdid waqt il-laqgħa ġenerali straordinarja.
Busuttil ġie nominat mill-eks President Joseph F. Borg, li rriżenja għal raġunijiet familjari, u kien approvat b'mod unanimu minn dawk kollha preżenti.
Fl-ewwel diskors tiegħu, Omar Busuttil wiegħed li se jaħdem b'umiltà biex il-klabb jimxi mal-motto tiegħu li jkun 'Klabb mill-membru għall-membru'.
Matul l-istess laqgħa, Marlon Hili nħatar Viċi President tal-klabb u David Baldacchino nħatar Teżorier  waqt li Jean Borg se jibqa' jżomm il-kariga ta' Segretarju.
Peter Paul Cassar ħa l-kariga ta' Segretarju Internazzjonali u ġie approvat John Sant bħala membru.
Intant Joseph F. Borg u James Mizzi ġew approvati bħala Presidenti Onorarji u issa jingħaqdu ma' George Camilleri.