​President Emeritu jawgura li l-ġurnalisti joħorġu minn qoxrithom

Il-President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici awgura li l-ġurnalisti joħorġu minn qoxrithom billi jiżviluppaw l-identità proprja u jkunu oriġinali f’xogħlhom.
Meta tkellem fl-MCAST, Dr Mifsud Bonniċi li hu ċ-ċermen tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, ħeġġeġ l-istudenti jiżviluppaw it-talenti tagħhom u l-istil individwali tagħhom.
Qal li jittama li l-kors il-ġdid li jwassal għal grad fil-Ġurnaliżmu jġib miegħu bidla għall-aħjar fil-pajjiż.
Għall-ewwel darba il-Fondazzjoni Tumas Fenech ippreżentat premijiet għall-aħjar xogħol ġurnalistiku mill-istudenti.
Ritratt: Jean Marc Zerafa. Il-President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici jippreżenta l-premju għall-Aqwa Xogħol Oriġinali fil-Media lil Amadeo Bezzina, flimkien mad-Deputat Chairman tal-FTFEĠ, l-Ambaxxatur Anthony De Bono