Premju prestiġjuż għat-Tempji tal-Ġgantija

It-tempju tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex ġie mogħti l-Highly Commended Tourism Award mill-British Guild of Travel Writers.
Dan tħabbar waqt l-ikla annwali li għaliha kien preżenti Nicoline Sagona, meniġer tas-siti u l-mużewijiet f’Għawdex fi ħdan il-Heritage Malta. Dan il-premju jikkonferma li t-tempji tal-Ġgantija kien fost it-tliet finalisti fil-Best European Tourism Projects.
Il-proġett tal-Ġgantija ġie nnominat minħabba s-suċċess li ġab fil-qasam turistiku lokali.
Fi kliem il-kittieba Brittanika li nnominat dan il-proġett, Juliet Rix, l-interpretazzjoni ġdida tal-Ġgantija “irnexxielha tbiddel ġebel antik li diffiċli tifimhom f’tieqa li turi poplu straordinarju ta’ żmien bikri.”